Coronavirus Lokali Saħħa

Il-vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna jitilgħu għal 95

Il-vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 95 wara li tard il-Ġimgħa filgħaxija tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa 3 vittmi oħra, fosthom l-iżgħar vittma s’issa f’pajjiżna.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 84 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni l-Ġimgħa fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 82 sena li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni l-Ġimgħa fl-Isptar Mater Dei.

U fit-tielet każ, imħabbar l-iżgħar vittma raġel ta’ 46 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Ottubru, li miet il-Ġimgħa fl-Isptar Mater Dei.