Internazzjonali

Massakru ta’ innoċenti f’Tigray

Mijet ta’ persuni innoċenti ġew immassakkrati fiż-żona ta’ Tigray fit-tramuntana tal-Etjopja  – żona li fl-aħħar ġimgħa rat il-kunflitt bejn il-forzi tal-Gvern u t-truppi favur il-Front għall-Liberazzjoni tal-Poplu ta’ Tigray, it-TPLF, jiħrax bil-kbir.

L-aħbar tan-numru kbir ta’ vittmi f’din iż-żona ħarġitha Amnesty International, fost diffikultajiet kbar biex tinkiseb informazzjoni mir-reġjun hekk kif il-linji tat-telefon u s-sistemi tal-internet mhux joperaw.

Fl-isfond ta’ dan kollu qed iduru ħafna aħbarijiet foloz u kunflinġenti filwaqt li qed tikber il-biża li din se teskala għal gwerra ċivili fl-Etjopja.

It-tensjoni bejn il-Gvern Etjopjan u t-TPLF ilha teżisti – hekk kif il-Front qed jibqa’ jżomm il-kontroll ta’ Tigray.

Fil-kunflitt kien hemm saħansitra attakki mill-ajru mill-forzi federali.

Riżultat ta’ dan eluf ta’ persuni qasmu l-fruntiera lejn is-Sudan fejn qed isibu kenn f’kampijiet tar-refuġjati.