Coronavirus Futbol Sport

Mohamed Salah jirriżulta pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Eġizzjan ta’ Liverpool Mohamed Salah rriżulta pożittiv għall-coronavirus waqt li kien mat-tim nazzjonali tal-Eġittu. Salah m’għandu l-ebda sintomi u jinsab f’iżolazzjoni fejn se jkun qiegħed jitlef il-partita tal-Eġittu kontra t-Togo u ż-żewġ partiti ta’ Liverpool kontra Leicester u Atalanta.

Din l-aħbar tkompli żżid mal-problemi ta’ Liverpool hekk kif fil-jiem li għaddew ħarġet l-aħbar li d-difensur Joe Gomez se jkun nieqes għall-maġġorparti tal-istaġun minħabba li sofra injury f’irkopptu waqt li kien mat-tim nazzjonali Ingliż.