Għawdex Lokali

Robert Abela jinawgura triq f’Għawdex…li mhix lesta!

Ħafna Għawdxin ma jistgħux jifhmu kif il-Prim Ministru lbieraħ inawgura triq ta’ 800 metru qabel biss tlestew ix-xogħlijiet. Tant hu hekk, li t-triq għad jonqosha saff ta’ tarmak, u xogħolijiet fuq il-ħitan.

Kien ilbieraħ wara nofsinhar meta Robert Abela inawgura Triq Sant’Antnin fil-limiti ta’ Għajnsielem. Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Mhux magħruf għaliex il-Gvern għażel li jinawgura din it-triq b’għaġla, meta t-triq tan-Nadur ilha aktar minn sentejn nofs leħja. Fil-fatt, l-aċċess minn naħa tal-port lejn in-Nadur għadu magħluq.

Intant, għadu mhux magħruf kemm nefaq il-Gvern għal din is-suppost inawgurazzjoni li saret b’tant pompa f’Għajnsielem.