Futbol Sport

Telfa ta’ 1-4 għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena

(Ritratt: MFA)

Malta: R. Al Tumi, N. Pulis, J. Zerafa (M. Grima 84′), A. Friggieri (A. Spiteri 85′), O. Elouni (A. Zammit 85′), J. Busuttil (J. Scicluna 85′), M. Beerman, Z. Grech, C. Zammit Lonardelli (M. Ellul 88′), G. Camilleri, A. Attard

Ukranja: A. Trubin, O. Syrota, V. Baboglo, V. Dubinchak, R. Vantukh (I. Shevtsov 86′), M. Kukharevych (I. Isaienko 64′), S. Buletsa (Y. Yarmoliuk 86′), O. Nazarenko (B. Milovanov 64′), V. Brazhko, H. Sudakov (D. Kravchur 72′), V. Yakimets

Referee: P. Rejzek

F’partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien megħlub 1-4 mill-Ukranja fis-Centenary Stadium. Din kienet it-tmien telfa kosnekuttiva għall-Maltin f’dan il-grupp.

L-Ukreni fetħu l-iskor wara biss ħames minuti permezz ta’ MYKOLA KUKHAREVYCH li mill-viċin għeleb lil Al-Tumi. Fit-32 minuta, l-Ukreni rdoppjaw meta kien għal darb’oħra MYKOLA KUKHAREVYCH li approfitta minn żball fid-difiża Maltija.

Il-Maltin setgħu daħlu fil-partita ħames minuti wara meta x-xutt ta’ Jan Busuttil ħabat mal-lasta. OMAR ELOUNI naqqas l-iskor żewġ minuti minn ftuħ it-tieni taqsima meta kkonkluda wara li seraq il-ballun mid-difiża Ukrena. It-tielet gowl tal-Ukranja wasal fid-79 minuta meta s-sostitut BOGDAN MILOVANOV ikkonkluda cross minfuq ix-xellug. Il-gowlkiper Malti, Al-Tumi salva penalty fid-89 minuta, iżda l-Ukreni xorta skorja r-raba’ gowl fil-ħin addizjonali permezz ta’ IEVGENII SHEVTSOV.

Malta tkun impenjata fl-aħħar partita minn Grupp 8 nhar it-Tlieta fit-3.00pm fis-Centenary Stadium.