Iż-żagħżugħ Mosti li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku il-Ġimgħa filgħaxija huwa Alan Galea ta’ 19-il sena.
Malli ħarġet din l-aħbar, kienu diversi li esprimew is-sogħba tagħhom għat-telfa ta’ dan il-ġuvni fosthom il-klabb ta’ Mġarr United li fil-passat il-vittma kien jittrenja magħhom.
