Futbol Sport

Il-kowċ ta’ Milan Stefano Pioli nstab pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Milan ħabbru li l-kowċ Stefano Pioli nstab pożittiv għall-coronavirus u jinsab f’iżolament id-dar mingħajr sintomi, filwaqt li t-taħriġ tal-lum kien ikkanċellat. It-testijiet li saru fuq l-istaff u l-plejers ġew kollha negattivi. Pioli huwa l-seba’ każ fit-tim ta’ Milan, wara Ibrahimovic, Donnarumma, Hauge u Gabbia u żewġ membri tal-istaff, iżda dawn kollha rkupraw.

Il-plejer ta’ Inter Marcelo Brozovic ukoll instab pożittiv waqt li kien mat-tim nazzjonali tal-Kroazja, flimkien ma’ membru tal-istaff. Dan wara li Domagoj Vida kien infurmat li nstab pożittiv fil-half time tal-partita kontra t-Turkija, fejn kien lagħab l-ewwel taqsima kollha.

Udinese huma l-unika tim li s’issa għadhom ma kellhomx każ wieħed ta’ coronavirus, filwaqt li Genoa kienu l-agħar tim milqut, b’iktar minn 20 kaz, 18 minnhom plejers.