Futbol Sport

Il-UEFA ssostni li l-EURO 2020 se ssir f’pajjiżi differenti kif kien pjanat

Kelliem għal UEFA saħaq ma’ Sky Sports News li l-pjan li l-EURO 2020 ssir f’diversi pajjiżi differenti se jinżamm. Hu żied jgħid li għadu kmieni wisq biex inkunu nafu jekk se jkunx hemm restrizzjonijiet fuq l-ispettaturi fil-grawnds minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Però għalissa, huma qed jimxu fuq il-pjan li l-kompetizzjoni ssir fit-12-il belt kif kien miftiehem fil-bidu bl-ispetturi.

Rapporti fil-midja Ingliża saħqu li l-UEFA qiegħda titkellem ma’ l-FA Ingliża b’possibilità li l-kompetizzjoni ssir kollha ġewwa l-Gran Brittanja, bil-partiti jkunu mqassma fl-Ingilterra, f’Wales u fl-Iskozja.