Illejal se jkunu qed jitħabbru r-rebbieħa tal-unuri għall-aqwa xogħol ġurnalistiku matul is-sena 2019, bit-trażmizzjoni diretta se tibda fit-8pm u se tkun qed tixxandar fuq TVM2.
Matul ir-Red Carpet Show, li se jkun ippreżentat mill-ġurnalisti ta’ Net u One, Keane Cutajar u Kelly Peplow qabel tibda ċ-ċerimonja, se jkunu qed jiġu intervistati l-finalisti u l-kapijiet ta’ kmamar tal-aħbarijiet ewlenin f’Malta. Iċ-ċerimonja se tibda għall-ħabta tad-8.45pm bi preżentazzjoni minn Valerie Vella u Colin Fitz.
B’kollox se jkun hemm 18-il kategorija, bil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Maltin se jkun qed jagħti rikonoxximent lill-ġurnalisti skont il-kitba tagħhom.
//= $special ?>

