Ir-referee Internazzjonali Malti Matthew De Gabriele ġie nkarigat li jikkontrolla l-partita ta’ kwalifikazzjoni tal-U21 bejn l-Italja u l-Lussemburgu ġewwa l-istadju Municipal de Differdange ġewwa l-Lussemburgu. Il-partita minn Grupp 1 tal-EURO 2021 se tintlgħab għada fil-5.30pm.
Din se tkun it-tieni darba li De Gabriele se jkun uffiċjal f’partita tal-U21 tal-Italja, wara l-logħba ta’ ħbiberija f’Settembru tal-2019 kontra l-Moldova.
De Gabriele se jkun assistit mir-referees Roberto Vella u Christopher Francalanza flimkien mar-raba’ uffiċjal Malcolm Spiteri.
L-Italja jinsabu fuq quddiem tal-grupp b’19-il punt wara tmien logħbiet filwaqt li ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi.
//= $special ?>