Il-kantanta lokali Ira Losco ħabbret li għadha kemm kellha t-tieni wild tagħha ma’ żewġha Sean Gravina… it-tarbija li semmewha GiGi.
F’post fuq Facebook, il-koppja qalu li kemm it-tarbija u anke l-omm jinsabu f’saħħithom waqt li qed jiġu rikoverati fl-Isptar Mater Dei. It-tifla twieldet permezz ta’ ċesarja.
B’hekk, issa l-membri tal-familja jiżdiedu għal erbgħa, il-koppja flimkien ma’ GiGi u Harry ta’ erba’ snin.
//= $special ?>

