Futbol Sport

It-tifel ta’ Maradona jiddaħħal l-isptar fuq kumplikazzjonijiet bil-coronavirus

Diego Armando Junior, it-tifel ta’ Maradona ddaħħal fi sptar ġewwa Napli wara li sofra kumplikazzjonijiet ta’ coronavirus. Hu instab pożittiv fil-5 ta’ Novembru, u qed isofri minn diversi sintomi fosthom deni u sogħla. Junior ma jinsabx f’kura instensiva, u ddaħħal l-isptar bħala prekawzjoni.

Huwa għandu 34 sena iżda ma kellhux is-suċċessi li kellhu missieru fix-xena tal-futbol. Huwa lagħab ma’ diversi timijiet fil-kampjonati baxxi tal-Italja.

Din l-aħbar tasal biss jiem wara li missieru ħareġ mill-isptar f’Bueno Aires wara li kellhu operazzjoni f’moħħu li ntemmet b’suċċess.