Lokali Qorti

Jinżamm arrestat fuq akkużi li seraq mobiles u flus kontanti

Stefan Kostiuk inżamm arrestat wara li fil-Qorti qed jiġi akkużat li seraq baskett mimli b’żewġ mobiles u ammont ta’ flus kontanti minn sit ta’ kostruzzjoni fl-10 ta’ Novembru għall-ħabta tat-8.15am.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li d-Difiża ma kkontestatx l-arrest.

Fil-Qorti, l-avukat tal-Għajnuna Legali, Joseph Brincat qal li l-akkużat seraq il-baskett iżda mhux l-oġġetti li ntqal li kien hemm fih. L-akkużat qal li fil-baskett sab biss lapes u fid-dawl ta’ dan talab il-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif l-akkużat ma pprovdiex indirizz fiss.