Futbol Sport

Malta b’partita importanti kontra Andorra

(Ritratt: Dominic Aquilina/MFA)

Aktar tard llum it-tim nazzjonali Malti jkun impenjat fil-partita ta’ qabel tal-aħħar f’League D fi Grupp 1 tal-UEFA Nations League meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilgħabu kontra Andorra.

Rebħa f’din il-partita u draw jew telfa għal-Latvja, fil-konfront tagħhom kontra l-Gżejjer Faroe tkun tfisser li t-tim Malti jaċċerta mit-tieni post f’dan il-grupp, xi ħaġa li qatt ma seħħet qabel, kif ukoll ikun ifisser rekord ta’ punti li t-tim nazzjonali Malti qatt kiseb f’kompetizzjoni internazzjonali.

Fl-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet il-partita kienet intemmet fi draw, riżultat frustranti għat-tim Malti hekk kif kien l-aħjar tim fil-grawnd. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret lejliet din il-partita l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Devis Mangia qal li hu ma jrid ipoġġi l-ebda pressjoni żejda fuq il-plejers tiegħu iżda t-tim tiegħu se jkun iffukkat li jilgħab il-logħba tiegħu mhux fuq affarijiet oħra.

Devis Mangia wettaq ukoll xi tibdiliet mill-iskwadra li kienet disponibbli għall-partita ta’ ħbiberija ta’ nhar l-Erbgħa kontra Liechtenstein fejn wara li Jean Borg kellu jirtira mill-iskwadra minħabba injury u Jan Busuttil, Myles Beerman u Aidan Friggieri ngħaqdu mat-tim tal-21 sena, Vella sejjaħ lil Dexter Xuereb ta’ Gżira United u Luke Montebello ta’ Birkikrara. Id-difensur Steve Borg se jkun sospiż għall-partita ta’ llum iżda se jkun disponibbli għall-konfront kontra l-Gżejjer Faroe nhar it-Tlieta.

L-iskwadra għall-partita kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe:

Gowlkipers
Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers).

Difensuri
Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Gżira United); Triston Caruana (Valletta); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Kurt Shaw (Sliema Wanderers); Dexter Xuereb (Gżira United).

Midfielders
Ryan Camenzuli (Floriana); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Neil Tabone (Żejtun Corinthians); Steven Pisani (Balzan); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju).

Attakkanti
Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers); Luke Gambin (Colchester United – Ingilterra); Jake Grech (Hibernians); Luke Montebello (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta); Alexander Satariano (Sliema Wanderers).