Fil-ħames programm ta’ SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision ser jixxandar għada fl-4.00 pm. Fl-ewwel parti tal-programm, l-enfażi ser tkun dwar ‘padel’, sport ġdid hawn Malta li iżda ħoloq interess bil-parteċipazzjoni dejjem tiżdied. Charles Camenzuli flimkien mal-crew tal-programm żar iċ-ċentru ta’ Padel Malta f’Pembroke fejn intervista lil Janika Wijkmark u lil Karl Wijkmark li bdew dan l-isport hawn Malta kif wkoll lil kowċ tal-assoċjazzjoni Davide Tortora.
Fit-tieni parti mis-serje ‘Ħajja fl-isport’, il-mistieden huwa l-atleta f’kompetizzjonijiet ultra – Fabio Spiteri li fil-ġranet li għaddew irnexxielu jgħamel id-dawra ta’ Sqallija fuq medda ta’ madwar elf kilometru ta’ ċikliżmu f’jumejn u tmien sigħat.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia u Joe Sultana.
//= $special ?>