Lokali

Raġel imtajjar minn trakk f’Birkirkara

Raġel safa imtajjar minn trakk u qed issofri minn xi ġrieħi f’inċident li seħħ f’Birkirkara għall-ħabta tas-6.15 tal-lejla .

Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija tad-Distrett u tim mediku biex jassisti lill-vittma, fejn iktar tard ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal kura.

It-trakk kien misjuq minn Filippin ta’ 43 sena residenti Ħ’Attard.

Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhix magħrufa.

Konsegwenza ta’ dan inġema’ t-traffiku, bis-sewwieqa kienu mitluba jevitaw iż-żona