Fl-iktar konfront mistenni tal-lejla, l-Portugall sfaw megħluba minn Franza bil-gowl deċiżiv wasal fit-53 minuta meta Rui Patricio żbalja milli jżomm xutt ta’ Adrien Rabiot b’N’golo KANTE rreagixxa minnufih u tefa’ fix-xibka.
Il-Ġermanja għelbu lill-Ukraina 3-1 biex b’hekk telaw fl-ewwel post tal-grupp. L-Ukraina fetħu l-iskor wara 12-il minuta minn xutt b’saħħtu ta’ Roman YARAMCHUK. Għaxar minuti wara, Leroy SANE dar tajjeb mad-difensur u ġab id-dro. Doppjetta ta’ Timo WERNER fit-33 minuta minn azzjoni ta’ Leon Goretzka u ieħor fl-64 minuta minn pass tajjeb ta’ Matthias Ginter kkonfermaw it-tliet punti.
L-Iżvezja ħarġu rebbieħa fil-konfront kontra l-Kroati bl-iskor finali ta’ 2-1, u kisbu l-ewwel tliet punti minn ħames logħbiet. Fl-ewwel taqsima, l-Iżvezja marru tnejn minn fuq, bl-ewwel gowl wasal minn Dejan KULUSEVSKI minn azzjoni ta’ Mikael Lustig, u rdoppjaw permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Marcus DANIELSON. L-istess DANIELSON għamel awtogowl fil-81 minuta.
Spanja kienu miżmuma fi dro ta’ 1-1 kontra l-Iżvizzera. L-Iżvizzera marru fil-vantaġġ qabel in-nofsiegħa logħob permezz ta’ xutt angolat ta’ Remo FREULER. Fis-57 minuta, Spanja kellhom ċans li jġibu d-dro iżda Sergio Ramos falla l-penalty. Fit-80 minuta, Spanja rebħu penalty ieħor, b’Nico ELVEDI tkeċċa fuq il-fowl, iżda Sergio Ramos falla milli nkwadra mill-11-il metru għal darb’oħra. Il-gowl tad-dro wasal fl-aħħar minuti tal-partita permezz ta’ Gerard Moreno.
//= $special ?>