Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt

Xufier ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li kellu ma’ karozza f’Triq il-Mosta, f’Ħal Lija għall-ħabta tas-sebgħa ta’ llejla.

Fuq il-post wasal tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li ġrat ħabta bejn mutur Peugeot, misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti Santa Venera, u karozza Honda, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Birkirkara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.