Lokali

Titħabbar il-mewt tal-Ġiżwita Fr Pierre Grech Marguerat

Il-Ġimgħa filgħodu, tħabbret il-mewt għall-għarrieda tal-Ġiżwita Fr Pierre Grech Marguerat fl-età ta’ 62 sena wara li rritorna lura lejn id-dar tal-komunità tal-Ġiżwiti f’Pisa wara li kien ilu diversi ġimgħat rikoverat fl-Isptar.

Fr Pierre Grech Marguerat kien id-direttur tas-Servizzi tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati f’Malta u kien ukoll magħruf għall-programmi li kien jorganizza għar-refuġjati fis-snin 2000.

Dawn l-aħħar tmien snin, huwa beda jservi bħala assistent fin-Novizzjat tal-Ġiżwiti f’Ġenova.

Kienu diversi li esprimew id-dispjaċir tagħhom għat-telfa tal-Ġiżwita permezz tal-midja soċjali fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.