Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija nforma li żewġ anzjani mietu bil-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 79 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum f’Casa Pinto Ħal Qormi.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 88 sena, li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
B’hekk, dan ifisser li l-imwiet bil-COVID hu ta’ 97.
//= $special ?>