Lokali

Attenzjoni waqt li qed issuqu! Appell biex jiġu evitati inċidenti

Net News jinsab infurmat li f’numru ta’ lokalitajiet kienu rrappurtati inċidenti tat-traffiku kaġun tax-xita li nieżla. Dan ir-ritratt juri it-triq prinċipali li twassal lejn is-Swieqi u Paceville, fejn karozza tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fiċ-ċint li hemm fil-ġenb. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Pulizija qed jappellaw għal kawtela fit-toroq, partikolarment minħabba l-kundizzjonijiet preżenti.