Lokali

ESKLUSSIVA: Din il-ġimgħa jasal Malta Jesper Kristiansen

Id-Daniż jinsab akkużat b'kompliċità fil-qtil doppju ta' Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski

Fi ftit jiem oħra, id-Daniż Jesper Kristiansen mistenni jasal Malta wara li kienet konfermata l-estradizzjoni tiegħu minn Spanja.

Kristiansen jinsab akkużat li kien wieħed mill-persuni involuti fid-delitt doppju li kien seħħ fis-Sajf f’Tas-Sliema, meta inqatlu t-tabib Christian Pandolfino u IvorMaciejowski.

Jesper Kristiansen kien ġie arrestat fil-port ta’ Cádiz fi Spanja wara li l-Pulizija Maltija qed tqisu bħala t-tielet suspettat f’dan il-każ. Hu tressaq il-Qorti fi Spanja fejn il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Malta biex jiġi estradit.

Kristiansen kien ħarab minn Malta b’titjira lejn Barċellona fejn ftit jiem wara, f’ħidma konġunta mal-awtoritajiet Spanjoli, hu kien ġie arrestat f’lukanda f’Cádiz.

Apparti id-Daniż, diġa’ bdew proċeduri fil-Qrati Maltin kontra ż-żewġ persuni l-oħra li allegatament kienu kompliċi – Daniel Muka u Viktor Dragomanski.