Futbol Sport

Haley Bugeja terġa tiskorja għal darb’ oħra

Haley Bugeja reġgħat għal darb’oħra kienet fl-azzjoni ma’ Sassuolo meta skorjat il-ħames gowl tagħha tal-istaġun f’partita kontra Hellas Verona

Bugeja ma bdietx il-partita u daħlet fit-73 minuta fejn it-tim tagħha kien qiegħed jirbaħ 3-1. Ftit minuta wara d-dħul tagħha fil-grawnd, Bugeja rebħet penalty, bl-istess Bugeja minn ħdax -il metru ma tiżbaljax biex għamlithom 4-1.

Fl-istess partitia ma’ Hellas Verona ddebuttat il-Maltija Kailey Willis li ssieħbet magħhom aktar kmieni din il-ġimgħa.