Lokali

Il-Mosta tfakkar il-vittmi tal-gwerer

Il-Ħadd, il-Mostin fakkru lill-vittmi tal-gwerer dinjija b’quddiesa fil-Bażilika ta’ Marija Assunta b’suffraġju għalihom.

Wara, fuq il-mafkar tal-gwerra, fi Vjal l-Indipendenza, inżammet minuta silenzju u saret iċ-ċeremonja tat-tqegħid tal-fjuri, li għaliha fost l-oħrajn attenda l-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia.

Għall-Partit Nazzjonalista, attendew il-Viċi Kap, David Agius, id-deputati Ivan Bartolo, Edwin Vassallo u Marija Fatima Deguara, il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali, Keith Cassar, flimkien mal-kunsilliera kif ukoll rappreżentanti tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN, Mosta.

Dan il-mafkar huwa magħruf aħjar bħala l-Monument tal-Qalbiena Mosta hekk kif fuqu hemm 16-il isem ta’ Mostin li tilfu ħajjithom waqt l-irvell tal-Maltin kontra l-Franċiżi tal-1798 – 1800 fejn kien tilef ħajtu wkoll Dun Mikiel Xerri.