L-aħħar tislima lil Renald Falzon, Sindku ta’ Ħal Qormi, jidher li ma kinitx aħbar għall-Istazzjon tal-Istat.
Kritika ħarxa mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) Mario Fava, li fuq Facebook qal li l-kariga ta’ Sindku hi l-ogħla kariga f’lokalità, iżda donnha t-tmexxija tal-PBS, dan għadha ma rrealizzatux.
Hu kkritika l-fatt li għall-Istazzjon tal-Istat, l-aħħar tislima lil Sindku li ħalliena ma’ kinitx aħbar fil-bulletin tal-aħbarijiet.
Renald Falzon tilef il-ġlieda mal-virus il-Ġimgħa li għadda u l-għada ngħata l-aħħar tislima fil-lokalità li tant kien iħobb.
Hu miet fl-età ta’ 46 sena, l-iżgħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
//= $special ?>