Lokali Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru jibqa’ ma jawgurax lil Roberta Metsola

Fid-diskors tiegħu ta’ dalgħodu, l-ewwel wieħed mis-suċċess li kellu pajjiżna bl-elezzjoni ta’ Roberta Metsola, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ ma awgurax lill-Viċi President il-ġdida tal-Parlament Ewropew.

Il-Ħadd filgħodu, Abela kellu l-ewwel diskors pubbliku tiegħu minn nhar il-Ħamis ‘l hawn – u l-ewwel okkażjoni diretta li fiha kellu l-opportunità jwassal l-awguri tiegħu lil Roberta Metsola li bħala Maltija laħqet din il-kariga għolja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej. Iżda minflok awgura lill-Viċi President tal-Parlament Ewropew, Robert Abela infexx f’diskors negattiv mimli attakki partiġġjani.