Lokali

Jinġabru €668,280 waqt “Maratona ta’ Mħabba”

Jinġabru €668,280 waqt il-“Maratona ta’ Mħabba” b’risq il-Fondazzjoni Caritas li saret bejn nofsinhar u nofsillejl tas-Sibt.

Is-somma miġbura se tkompi tgħin il-fondazzjoni fil-ħidma tagħha fost persuni li sabu rwieħhom vittmi ta’ vizzju tad-droga kif ukoll vizzji oħrajn bħall-logħob u l-problemi assoċjati magħhom.

Matul din il-maratona, li xxandret fuq Net Television u l-istazzjonijiet televiżivi lokali oħrajn, kien hemm ukoll għad-disposizzjoni tal-pubbliku, linji tat-telefon għal min qed ifittex għajnuna.

Ikkummenta