Joan Mir ta’ Suzuki sar champion tal-MotoGP wara li temm fis-seba’ post fil-Grand Prix ta’ qabel tal-aħħar li sar fiċ-ċirkwit ta’ Ricardo Tormo f’Valencia u kien biżżejjed biex ikkonferma l-ewwel titlu tiegħu fil-MotoGP.
Franco Morbidelli ta’ Petronas rebaħ it-tellieqa wara li għeleb l-isfida ta’ Jack Miller ta’ Parmac Racing fi tmiem drammatiku. Pol Espargaro temm fit-tielet post biex kiseb post fuq il-podju. Alex Rins ta’ Suzuki u Brad Binder ta’ KTM temmew fir-raba’ u l-ħames post fil-waqt li Miguel Oliveira ta’ KTM temm fis-sitt post.
Joan Mir temm fis-seba’ post u kien segwit mit-Taljan Andrea Dovizioso li temm fit-tmien post. Alex Espargaro temm fid-disa pożizzjoni filwaqt li Maverick Vinales temm fl-għaxar post. L-istaġun tal-Moto Gp jiġi fi tmiemu fi tmiem il-ġimgħa li ġej bil-Grand Prix tal-Portugall.
MOTOGP
Kif temmew: 1 F. Morbidelli 41’22.478, 2 J. Miller +0.093, 3 P. Espargaro +3.006,4 A. Rins +3.697, 5 B. Binder +4.127, 6 M. Oliveira +7.272, 7 J. Mir +8.703, 8 A. Dovizioso +8.729, 9 A. Espargaro +15.512, 10 M. Vinales +19.043, 11 F. Bagnaia +19.456, 12 V. Rossi +19.717, 13 C. Crutchlow +23.802, 14 S. Bradl +27.340, 15 D. Petrucci +30.570, 16 A. Marquez +30. 619, 17. T. Rabat +42.365, 18 L. Savadori +46.472 Ma temmewx: T. Nakagami, F. Quartararo, J. Zarco
//= $special ?>