Net Television ġie premjat b’żewġ unuri fis-serata tal-Malta Journalism Awards; unuri għall-Aqwa Filmati u l-Aqwa Ġurnaliżmu Sportiv.
Il-premijiet tas-serata intrebħu minn Charles Camenzuli (Sports) u Bernie Dimech (Filmati).
Il-finali kienet taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika George Vella.
Apparti iż-żewġ awards għal Net TV, l-eks Editur ta’ In-Nazzjon Mario Schiavone ingħata rikonoxximent speċjali mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.
Il-Gold Award ta’ din is-sena intrebaħ mill-preżentatur Peppi Azzopardi.
//= $special ?>