Coronavirus Lokali

Robert Abela hu maqtugħ mir-realtà – PN

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li f’nofs kriżi ta’ pandemija, Robert Abela reġa’ naqas milli jagħti wens lil min tilef lill-għeżież tiegħu u fuq kollox naqas milli jħabbar strateġija ta’ kif se jilqa’ għall-kriżi fil-qasam tas-saħħa, bil-każijiet tal-Covid-19 dejjem jiżdiedu.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela llum naqas ukoll milli jitkellem dwar ħbiberija intima bejn il-predeċessur tiegħu u Yorgen Fenech għax jibqa’ skomdu jikkritika lil Muscat wara li tah għexieren ta’ eluf f’konsulenzi u karigi oħrajn.