Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa ta’ Sirens

(Ritratt: Joe Borg/ MFA)

Lija A………………………..0
Sirens………………………..2


Lija A: L. Bonnici, C. Cassar (R. Darmanin 87’), P. Gusso, D. Scerri (G. Zammit 85’), E. Beu, F.Brandan, M. Jimenez, J. Gill, C. Giordimaina, G. Virano, V. Alhinho
Sirens: D. Cassar, J. Pearson (A. Borg 56’), W. de Oliveira, S. dos Anjos, M. Maia da Silva, W.Domoraud, R. Scicluna (M. Mifsud 75’), T. Agius, R. Romao, R. Menezes (R. Grech 46’), T. Espindola
Referee: A. Sciriha
A. Referees: J. Spiteri, D. Stankovic


Sirens kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta fl-uniku partita mill-Kampjonat BOV Premier, għelbu lil Lija Athletic 2-0 b’żewġ gowls li wasslu fl-aħħar għaxar minuti tal-partita. Sirens fetħu l-iskor fit-83 minuta meta l-konklużjoni tas-sostitut Michael Mifsud kienet salvata b’mod parzjali minn Bonnici, iżda l-ballun spiċċa f’saqajn WELLINGTON DE OLIVEIRA li mill-viċin ma żbaljax. Sirens irdoppjaw żewġ minuti wara meta minn ballun fit-tul ta. Cassar, Tounkara xellef bir-ras lejn Wellington li qassam lejn Michael Mifsud li kkonkluda mill-viċin għal ġewwa. Fil-ħin addizzjonali ta-tieni taqsima, Michael Mifsud kien muri karta ħamra diretta.