Futbol Sport

Titħabbar il-mewt ta’ Ray Clemence

Matul il-jum tal-Ħadd tħabbret il-mewt tal-eks gowlkiper internazzjonali Ingliż Ray Clemence fl-età ta’ 72 sena.

Il-familja ta’ Clemence qalet li hu miet mdawwar bil-familjari tiegħu wara perjodu twil jiġġieled mal-kanċer. Matul il-karriera tiegħu, Clemence lagħab ma’ Liverpool u Tottenham fost l-oħrjan.

Ma’ Liverpool Clemence rebaħ ħames kampjonat u tliet Tazzi Ewropej fejn lagħab 470 partita qabel ma ssieħeb ma’ Tottenham fejn rebaħ l-FA Cup. Mat-tim nazzjonali Ingliż, Clemence lagħab 61 darba fejn kien idebbutta fl-1972. Wara li temm il-karriera tiegħu fil-futbol, Clemence kien ukoll kowċ tal-gowlkipers tat-tim nazzjonali Ingliż.

Malli ħarġet l-aħbar tal-mewt ta’ Clemence, kienu numru ta’ eks plejers li urew id-dispjaċir tagħhom fotshom Peter Shilton u Kenny Dalglish.