Coronavirus Lokali Saħħa

Titħabbar vittma oħra bil-COVID-19 li miet ilbieraħ

Il-virus jaħsad il-ħajja tat-98 vittma, fl-età ta' 64 sena

Il-Ħadd tard filgħaxija, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar mewta oħra – din id-darba raġel ta’ 64 sena li rriżulta pożittiv fl-1 ta’ Novembru u miet matul il-jum tas-Sibt fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li l-imwiet kawża tal-pandemija f’pajjiżna żdiedu għal 98.