Sport Sport Ieħor

Valentino Strix u Balthazar Maza jispikkaw fil-Premier

(Ritratt: Martin Agius)

Kenneth Vella

Valentino Strix u Balthazar Maza rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlu parti mit-42 laqgħa tal-istagun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.  

Erbatax -il żiemel ġrew fl-ewwel tiġrija tal-aqwa klassi. Kif mistenni d-debuttant Zack’s Zoomer (Clint Vassallo) mar quddiem sa mill-bidu nett u fetaħ vantaġġ zgħir minn Jefferson Dotcom (Michael Ellul) u Valentino Strix (Ludvic Ghigo). Madankollu t-tiġrija nfetħet beraħ 400m mit-tmiem meta beda jnaqqas mill-pass Zack’s Zoomer. Dlonk inqabeż minn Valentino Strix li baqa’ sejjer biex jieħu l-ewwel rebħa f’Malta fit-tieni harga minn Baxter Du Klau (Kurt Saliba) u Ulysse Du Bouchet (Paul Galea). Avrik De Guez (Jean Pierre Farrugia) daħal fir-raba’ pożizzjoni.

Fit-tieni tiġrija Premier, attakk mibdi 600m mit-tmiem wassal lil Balthazar Maza (Caillin Borg) biex jieħu t-tielet rebħa staġjonali. Dan faċilment bi tliet tulijiet vantaġġ minn Vasco De Viette (Paul Galea) u Vencedor (Mario Fenech). Tack Wee (Jonathan Farrugia) li kien għal ħafna metri quddiem temm warajhom f’dik l-ordni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Drakkar Cleville (K. Saliba) Ħin – 2.49.3” (1.19.1”) 2. Firstly Light (N. Baldacchino) 3. Pands Des Fleches (C. Magri) 4. Alfa Dream (R. Gatt)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Diego JYL (J. Zahra) Ħin – 2.47.4” (1.18.2”) 2. Erromanga (Ch. Farrugia) 3. Cirella De Kacy (R. Gatt) 4. Dalton Des Mauges (K. Saliba)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fine Delo (J. Gafa’) Ħin – 2.49.1” (1.19”) 2. Concerto Cehere (C. Camilleri) 3. Derby Chevaleraie (N. Baldacchino) 4. All Cash (L. Tanti)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 3. Vasco Dairpet (P. Galea) 4. Udjo Du Gilwesk (J. Attard)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Tsunami (G. Farrugia) 3. Blackbird Wood (D. Vella) 4. Vito Des Landiers (R. Gatt)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Bijou d’Aure (C. Camilleri) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Bionda De Tilou (T. Tanti) 3. Bougnat (N. Baldacchino) 4. Aristote Gede (M. Fenech)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Valentino Strix (L. Ghigo) Ħin – 2.43” (1.16.1”) 2. Baxter Du Klau (K. Saliba) 3. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) 4. Avrik De Guez (J. P. Farrugia)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Carabin d’Urzy (O. Cauchi) Ħin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Athos De La Crou (M. Fenech) 3. Vainquer d’Ete (G. Attard) 4. Brave Atout (N. BaldaccĦino)

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Balthazar Maza (C. Borg) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Vasco De Viette (P. Galea) 3. Vencedor (M. Fenech) 4. Tack Wee (J. Farrugia) X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fan De L’Iton (J. Attard) Ħin – 2.46.9” (1.18”) 2. Feline Poterie (N. Baldacchino) 3. Eliak Picken (Sh. Portelli) 4. Divonne (S. Grixti)