Coronavirus Lokali Saħħa

103 każ ġdid ta’ Covid-19 – ifiqu 123

Fl-aħħar sigħat Malta u Għawdex rreġistraw 103 każi ġodda ta’ Covid-19, dan filwaqt li fiequ 123 persuna, biex issa t-total tal-każijiet attivi huwa dak ta’ 2,157.

Sa issa Malta rreġistrat 8,354 każ pożittiv filwaqt li fiequ minn din l-imxija 5,888 persuna.

F’pajjiżna b’kawża tal-pandemija kellna 98 fatalità.

Mill-każijiet li tħabbru l-Ħadd 14 huma qraba ta’ każi pożittivi, 8 huma kollegi ta’ każi pożittivi, 3 huma individwi li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi u 2 każi kienu impurtati. Dan ifisser li l-każijiet l-oħra ma jafux minn fejn ġabu l-virus, jiġifieri huma sporadiċi.