Lokali Saħħa

Anzjani qed ikunu infurmati li fadal aktar żmien biex jasal il-vaċċin tal-influwenza

Numru ta’ persuni, inkluż numru ta’ anzjani, għamlu kuntatt ma’ Net News dwar il-fatt li qed jiġu infurmati li fadal aktar żmien biex jasal il-vaċċin tal-influwenza.

Din l-informazzjoni, jew nuqqas ta’ informazzjoni qed tħalli ħafna tħassib fost l-anzjani, fejn kienu mwiegħda li dan il-vaċċin se jieħduh mill-ewwel.

Infatti f’Ottubru li għadda ħafna kienu nġabru quddiem il-Bereġ u l-polikliniċi biex jieħdu l-vaċċin tal-Influwenza u qalulhom li l-vaċċin mhux se jingħata minħabba li kien hemm konsenja li għadha trid tasal. Sa issa din għadha ma waslitx.