Coronavirus Futbol Sport

Gareth Southgate jikkonferma li kellu l-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate kkonferma xniegħat li dehru fuq il-midja soċjali fl-aħħar li hu kellu l-coronavirus f’Ottubru.

Southgate kkonferma dan wara li t-tim nazzjonali Ingliż tilef il-partita mill-UEFA Nations League kontra l-Belġju fejn qal li hu kellu sintomi ħfief u żamm din l-aħbar sigrieta anke mill-plejers stess.