Lokali Parlament

Il-gvern mhux japprezza l-ħidma tal-kunsilli lokali

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-gvern biex japprezza l-ħidma li qed iwettaqu l-kunsilli lokali u li jkollu l-viżjoni neċessarja dwar il-kunsilli.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament Edwin Vassallo qal li fil-politika qed jintilef it-tifsira ta’ xi tfisser tkun fil-politika biex isservi u appella biex il-ħidma tal-kunsilliera lokali u s-sindki tkun rikonoxxuta għaliex ħafna mill-iżvilupp tal-pajjiż jiddependi minn dawn in-nies. Hu tkellem dwar ir-riġenerazzjoni tal-lokalitajiet u tan-negozji partikolarment fil-Kottonera biex din illum hi dik li hi llum.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan il-gvern Laburista hu nieqes mill-viżjoni anki dwar il-kunsilli lokali, fl-ambjent u fil-biedja. Il-kunsilli lokali għandhom ikunu mgħejjuna biex jaħdmu biex Malta tirbaħ fuq il-VOCID-19 u biex il-pajjiż jerġa’ jibni l-ekonomija tiegħu.

Hu semma’ l-mod kif diversi sindki ilmentaw meta tkellmu fil-parlament dwar il-mod kif ma jistgħux jaqdu l-funzjonijiet tagħhom minħabba l-burokrazija, nuqqas ta’ infurzar, bibien magħluqa u diffikulatjiet oħra li qed isibu.