Lokali

“Il-messaġġi tagħna lill-Gvern qed jiġu ċċensurati” – Occupy Justice

Fi stqarrija il-grupp tas-soċjetà ċivili Occupy Justice saħqu li rċevew rapporti li l-banners li twaħħlu lbieraħ filgħaxija biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u l-impunità li wasslu għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia 37 xahar ilu – qed jitneħħew.

Huma saħqu li minħabba li lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela qal li “dan huwa gvern ġdid minn dak ta’ qabel Jannar”, jassumu li d-dritt fundamentali tagħhom li nipprotestaw qed jiġi rrispettat b’mod rigoruż.

Occupy Justice appellaw lill-Pulizija biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li jiġu rkuprati u rritornati dawn il-banners b’mod immedjat.