Formula 1 Sport

“L-aqwa mument f’ħajti”- Lewis Hamilton

(Ritratt: EPA)

Wara li kiseb is-seba’ kampjonat dinji tal-Formula 1, is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton qal li dan kien l-isbaħ mument ta’ ħajtu wara li laħaq lil Michael Schumacher fl-ammont ta’ kampjonati li rebaħ.

Hamilton kompla jgħid li hu se jkompli jsuq fil-Formula 1 u se jkompli l-ġlieda tiegħu biex kulħadd ikollu l-istess drittijiet u l-ġlieda tiegħu kontra r-razzismu.

Dwar il-kuntratt tiegħu, Hamilton qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed jiddiskuti mat-tim tiegħu dwar il-futur tiegħu. Il-kuntratt ta’ Lewis Hamilton ma’ Mercedes jintemm fi tmiem l-istaġun wara li kien issieħeb mat-tim fl-2013.