Lokali Parlament

L-intolleranza għandha tkun miġġielda

Clyde Puli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli appella biex is-soċjetà tiġġieled u tgħeleb l-intolleranza.

Fit-tifkira parlamentari tal-UNESCO Clyde Puli tkellem dwar il-UNESCO u qal li l-UNESCO kellha determinazzjoni għall-paċi permezz tal-edukazzjoni, il-kultura u l-iżvilupp nazzjonali. Hu qal li t-tolleranza għandha tibqa’ prijorità u fuqha trid issir ħidma kontinwa.

Id-deputat Nazzjonalista kkundanna l-attakk ta’ intolleranza li sar fuq il-kandidat Nazzjonalista Angela Coleiro, sempliċiment għax hi trans u appella għar-rispett lejn id-dinjità umana.

Dwar l-edukazzjoni hu qal li għandu jkun hemm aċċess ekwu ta’ kwalità tul il-ħajja għaliex l-edukazzjoni hi għodda ta’ ġustizzja soċjali. Hu qal li minkejja l-iżviluppi li saru għad fadal ħafna x’isir permezz ta’ ħidma maż-żgħażagħ biex dawn ikomplu javvanzaw fil-karrieri tagħhom. Clyde Puli appella għal soluzzjoni fis-sixth form fejn hemm diffikultajiet għat-tagħlim.

Fil-parlament tkellmu wkoll l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Ministru Owen Bonnici.