Atletika Sport

Titwaqqaf struttura ġdida biex jitħarrġu l-atleti mat-tim nazzjonali

Athletics Malta bdiet bil-preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023 li se jsiru f’pajjiżna, billi twaqqfet struttura ġdida fejn fiha se jkun qed jintħarrġu l-atletli Maltin.

Filwaqt li kull staġun iġib miegħu appuntamenti ta’ interess għall-aqwa atleti Maltin, il-mira ewlenija tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika se jkunu l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

L-għan prinċipali ta’ din l-istruttura se jkun li l-atleti li se jkunu qed jifformaw parti mit-tim nazzjonali jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom sa dan l-avveniment. Dan se jsir bl-appoġġ tal-aqwa u l-aktar kowċis ta’ esperjenza f’Malta, taħt il-gwida tad-Direttur Tekinku Andy Grech, il-Head Coach Coordinator Mario Bonello u l-Konsulent tal-Coaching Antonio Laguardia.

Ir-Road Running League ta’ Malta għas-sena d-dieħla

Kawża taż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus fl-aħħar xhur f’pajjiżna, l-ewwel tellieqa tal-Kampjonat Nazzjonali li kellha ssir fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet posposta. L-Assoċjazzjoni ħabbret li se tkun qed tiskeda t-tlielaq fl-aħħar cahrejn tal-2020 fil-bidu tas-sena d-dieħla.