Il-Gvern ħabbar li fl-aħħar sigħat pajjiżna tilef tliet persuni oħra kawża tal-Covid-19.
Il-vittmi huma kollha irġiel.
Raġel ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Facility.
Anżjan ieħor ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 79 sena, li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li issa pajjiżna rreġistra il-101 vittma tal-pandemija.
//= $special ?>