Coronavirus Lokali

Tliet vittmi oħra tal-Covid-19 f’pajjiżna; 101 b’kollox sa mill-bidu tal-pandemija

Il-Gvern ħabbar li fl-aħħar sigħat pajjiżna tilef tliet persuni oħra kawża tal-Covid-19.

Il-vittmi huma kollha irġiel.

Raġel ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Facility. 

Anżjan ieħor ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 79 sena, li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li issa pajjiżna rreġistra il-101 vittma tal-pandemija.

Tags