Kurżitajiet Lokali

X’għamlet Maryanne meta nsiet tidħol il-Belt għall-photo shoot?

https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10158477534884003

Fejn kienet Maryanne meta ftakret li kellha photo shoot il-Belt Valletta? X’għamlitlu darba lid-direttur li miegħu ma tantx kienet taqbel?

Fil-programm PROFILI tal-lejla se niltaqgħu ma’ Maryanne Muscat, attriċi li ħafna jafuha sew fuq il-palk u fuq it-televiżjoni, bosta drabi tnissel tbissima fuq fommna u żgur waqt il-programm ir-rakkonti tagħha se jagħmlu l-istess.

Maryanne se tgħidilna fuq il-passat tagħha, l-esperjenzi li wassluha sa fuq il-palk u ħafna rakkonti oħra li żgur se jżommu lit-telespettaturi mat-televiżjoni biex isiru jafu aktar lil din l-attriċi tant u tant maħbuba.

PROFILI, illejla fid-8.45 fuq Net TV.