Il-plejer Malti tal-isnooker Alex Borg kien eliminat mill-Open tal-Irlanda ta’ Fuq wara li fl-ewwel rawnd ta’ din il-kompetizzjoni f’partita bilanċjata tilef 4-2 kontra s-seed numru 9 Stephen Maguire.
Borg tilef l-ewwel tliet frames iżda rebaħ it-tnejn ta’ wara 14-1 u 53-1 biex kien is-sitt frame li ddeċieda l-konfront. Aktar qabel ic-champion tad-dinja tal-isnooker Ronnie O’Sullivan għadda għar-rawnd li jmiss meta faċilment għeleb lil Jamie O’Neill 4-1.
//= $special ?>