F’Diviżjoni A Grupp 4, jispikka l-konfront deċiżiv bejn Spanja u l-Ġermanja, liema partita se tiddeċiedi minn jirbaħ dan il-grupp u jgħaddi għal ma’ l-aħħar erba’ timijiet ta’ din il-kompetizzjoni.
Fl-aħħar partita, l-Ġermanja kisbet rebħa ta’ 3-1 fuq l-Ukranja, liema rebħa fissret li telgħu fl-ewwel post. Min naħa tagħhom, Spanja ġew draw ta’ 1-1 kontra l-Iżvizzera f’partita diżappuntanti għal Spanja.
Minn Diviżjoni Ċ, fi Grupp 1, punt wieħed biss jifred lill-Montenegro u lil-Lussemburgu fil-quċċata tal-klassifika. Fl-aħħar partita minn dan il-grupp, il-Montenegro f’darhom jilgħabu kontra Ċipru filwaqt li l-Lussemburgu tilgħab kontra l-Ażerbaijan.
Minn Diviżjoni D fi Grupp 2 Ġibiltà tilgħab konfront dirett fl-aħħar partita tal-grupp kontra Liechtenstein, bi draw għal Ġibiltà jkun biżejjed biex jirbħu dan il-grupp u jieħdu l-promozzjoni għal Diviżjoni D.
F’Diviżjoni A Grupp 3, Franza huma t-tim li rebaħ il-grupp u li kwalifkaw għal mal-aħħar erba’ timjiet biex jirbaħ din il-kompetizzjoni minkejja li għad fadlilhom l-aħħar partita kontra l-Iżvezja. L-aħħar partita se tkun deċiżiva kemm għall-Kroazja kif ukoll għall-Iżvezja hekk kif tim minnhom se jkun qiegħed jiġi relegat għal Diviżjoni B. Il-partita l-oħra minn dan il-grupp hi dik bejn l-Kroazja u l-Portugall.
UEFA NATIONS LEAGUE
ILLEJLA: Kroazja v Portugall 8.45pm, Franza v Żvezja 8.45pm, Spanja v Ġermanja 8.45pm, Żvizzera v Ukranja 8.45pm, Lussemburgu v Ażerbaijan 8.45pm, Montenegro v Ċipru 8.45pm, Andorra v Latvja 8.45pm, Malta v Gżejjer Faroe 8.45pm, Ġibiltà v Liechtenstein 8.45pm
//= $special ?>