Is-sitwazzjoni fl-isptarijiet ta’ Malta ma tidhirx fir-rapporti COVID-19 miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) minħabba li d-data pprovduta mill-awtoritajiet lokali mhijiex ta’ “ kwalità tajba ”.
L-ECDC, aġenzija tal-UE, tippubblika rapporti ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa dwar il-pandemija madwar l-Ewropa u pajjiżi oħra. Jidher li fl-aħħar rapport, m’hemm l-ebda data dwar l-isptarijiet ta’ Malta u d-dħul ta’ pazjenti fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei
Fl-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet tas-saħħa pprovdew aġġornamenti ta’ kull ġimgħa dwar in-nies fl-isptarijiet, speċjalment minħabba li l-għadd ta’ dawk fil-kura kritika tela’.
//= $special ?>