Internazzjonali

Il-Peru: It-tielet Kap ta’ Stat f’anqas minn ġimgħa

Il-Kungress tal-Peru għadu kemm eleġġa tielet President li qed jaqdi rwol proviżorju u li hu wkoll it-tielet Kap tal-Istat f’anqas minn ġimgħa.

Francisco Sagasti, akkademiku u membru tal-Kungress, se jkun qed imexxi lill-Peru sad-data tal-elezzjoni għall-Presidenza li ssir is-sena d-dieħla.

Il-President tal-Peru, Martin Vizcarra, il-ġimgħa l-oħra, spiċċa suġġett għal proċess ta’ impeachment relatat ma’ allegazzjonjiiet ta’ tixħim u li hu qed jiċħad għalihom.

L-impeachment ta’ Vizcarra qanqal il-protesti madwar il-Peru bir-riżultat li żewġ persuni mietu u b’ħafna oħrajn jindarbu fost sensiela ta’ inċidenti waqt id-dimostrazzjonijiet.