Lokali

“In-nies fehmu ħażin” – Jose’ Herrera

Jekk in-nies fehmu li fil-Belt se jsiru xi attivitajiet, in-nies fehmu ħażin.

Hekk irreaġixxa l-Ministru tal-Kultura Jose Herrera meta mistoqsi minn NET News jekk jaħsibx li l-Gvern qed jieħu deċiżjonijiet konfliġġenti, fid-dawl tal-pandemija tal-Coronavirus.

Il-Ministru Herrera pprova jiġbor ġieħ il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia, li flimkien miegħu ħabbru l-attivitajiet ippjanati mill-Gvern għal żmien il-Festi.

Meta mistoqsi, il-Ministru Herrera qal li n-nies ma fehmux sew jew iż-żewġ membri tal-Kabinett ma ġewx rappurtati sewwa.

Iżda mistoqsi mill-ġdid, il-Ministru Herrera dawwar kliemu u kellu jammetti li fil-konferenza tal-aħbarijiet setgħet intużat retorika differenti mill-Ministru tat-Turiżmu.

Il-Ministru tal-Kultura ħass li kellu jikkjarifika li l-attivitajiet kollha se jsegwu l-proċeduri mitluba mis-Suprintendenza tas-Saħħa Pubblika.

Fost l-oħrajn, billi korijiet ikantaw f’xi knisja, bil-kunċert jixxandar irrekordjat.

…dan f’mossa ċara biex jipprova jiġbor ġieħ il-Ministru Julia Farrugia.